Maltese - Overview

Skip listen and sharing tools

X’nagħmlu

Consumer Affairs Victoria hu r-regolatur statali tal-affarijiet tal-konsumatur. L-għan tagħna hu li ngħinu l-poplu ta’ Victoria jkun responsabbli u negozjanti u konsumaturi informati.

Biex nagħmlu dan aħna:

  • nirrevedu u nagħtu parir lill-gvern statali dwar il-leġislazzjoni tal-konsumatur u l-kodiċi tal-industrija
  • nagħtu pariri u nedukaw lill-konsumatur, dawk li jikru, negozjanti u sidien dwar id-drittijiet tagħhom, ir-responsabbiltajiet u tibdil fil-liġi
  • nirreġistraw u nagħtu liċenzji lin-negozji u snajja
  • noffru konċiljazzjoni meta jinqalgħu argumenti bejn il-konsumaturi u n-negozjanti, kerrejja u sidien
  • ninfurzaw u naraw li jkun hemm konformità mal-liġijiet tal-konsumatur.

Aħna noffru tagħrif u pariri bla ħlas u indipendenti dwar:

  • bini u renovazzjonijiet
  • liċenzji u regolazzjoni tan-negozji
  • ismijiet tan-negozji
  • xiri u bejgħ ta’ propjetà
  • ko-operattivi
  • ġbir ta’ flus
  • assoċjazzjonijiet inkorporati
  • sħab limitati
  • immaniġġjar tad-dejn
  • karrozzi
  • korporazzjonijiet tas-sidien
  • sigurtà tal-prodott
  • kiri
  • villaġġi tal-irtirar
  • skemi ta’ negozji qarrieqa
  • xiri u negozjar

Ikkuntattjana

Servizz tal-Interpretu

Interpreter service logoĊempel 131450 u għid bl-Ingliż l-isem tal-lingwa tiegħek. Imbagħad itlob lill-interpretu jċempel 1300 55 81 81.

9:00 am to 5:00 pm, Monday to Friday (except for public holidays)



Iktar informazzjoni