Id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek dwar il-kiri

Skip listen and sharing tools

Nota: l-għan ta' din il-paġna huwa li nipprovdu lill-organizzazzjonijiet komunitarji u tad-difiża b’verżjoni fil-lingwa Ingliża tal-paġni ekwivalenti li nipprovdu Fis-sezzjoni tagħna ta' lingwi oħra. Għall-informazzjoni sħiħa dwar il-kera, ara, Is-sezzjoni tagħna dwar il-kera.

Inti għandek drittijiet u responsabbiltajiet meta tkun se tikri xi proprjeta. Din il-paġna se tagħtik introduzzjoni dwar il-kiri u tgħinek issib aktar tagħrif jekk tkun tinħtieġu.

Fl-2021 Victoria għamlet tibdil sinifikanti fil-liġijiet tal-kiri. Aqra dwar ir-regoli ġodda.

F’din il-paġna:

Tiddeċidi jekk il-proprjetà tgħoddx għalik.

Meta tiftiehem ma xi ħadd biex tikri l-proprjetà tagħhom ħalli toqgħod fiha, inti tkun qed tagħmel ftehim ta’ kera residenzjali. Dan huwa dokument legali u jista’ jieħu ħafna żmien biex ittemm il-ftehim, għalhekk għandek tkun kunfidenti li l-proprjetà tkun tgħodd għalik.

Qabel ma tagħmel ftehim tal-kera, hemm ċertu tagħrif li l-provditur tal-kera (sid il-kera) għandu jagħtik. Dawn huma msejħin żvelar mandatorju. Dan jinkludi li ġej:

  • jekk sid il-kera jkun qabbad agent biex ibigħ il-proprjetà jew kuntratt tal-bejgħ tal-proprjetà kien ippreparat.
  • jekk huma s-sidien tal-proprjetà jew, jekk le, għandhom xi dritt li jikru l-proprjetà.
  • jekk il-proprjetà għall-kera jew il-proprjetà komuni kienet il-lok ta’ xi omiċidju f’dawn l-aħħar 5 snin.
  • jekk fil-proprjetà tal-kiri hemmx asbestos fiha.

Għal aktar tagħrif dwar il-ħtiġijiet tal-iżvelar mandatorju ara Kun af id-drittijiet tegħek meta tkun se tiffirma xi ftehim.

Diskriminazzjoni minn provdituri tal-kera

F’Victoria huwa illegali li tiddiskrimina kontra xi ħadd b’relazzjoni ma’ ċerti attributi personali. Dan ifisser li l-provdituri tal-kiri u l-aġenti immobiljari ma jistgħux jirrifjutawlek akkomodazzjoni jew jiddiskriminawk matul il-perjodu tal-kiri tiegħek minħabba attributi personali li huma protetti mil-liġi.

Huwa kontra l-ligi li s-sidien tal-kera jew l-aġent tagħhom jittrattawk sfavorevolment jew jiddiskriminawk minħabba dawn l-attributi personali meta tkun qed tapplika għal xi proprjetà tal-kiri, tokkupa proprjetà tal-kiri jew tkun qed titlaq minn proprejtà tal-kiri.

Il-provdituri tal-kera huma meħtieġa jagħtuk l-informazzjoni dwar id-diskriminazzjoni kull darba li tapplika għal kiri ta’ xi proprjetà, bħala parti mill-formola tal-applikazzjonijiet tal-kera.

Għal aktar tagħrif dwar diskriminazzjoni fil-kiri, ara Diskriminazzjoni illegali fil-kiri.

Mistoqsijiet li provditur tal-kera ma jistax jagħmillek

Jekk tkun qed tapplika għal kera ta’ proprjetà, il-providtur tal-kera ma jistax isaqsik:

  • jekk qabel kellekx xi tilwima ma' xi provditur tal-kera (jew provditur ta' akkomodazzjoni)
  • jekk qatt kellek xi klejm fuq il-bond tiegħek
  • għal rendikont bankarju li jkun fih it-transazzjonijiet ta’ kuljum tiegħek kollha – provditur tal-kiri jista’ jitolbok rendikont bankarju iżda inti tista’ tneħħi xi transazzjonijiet biex tipproteġi l-privatezza tiegħek
  • kull informazzjoni dwar attribut protett skont l-Att tal-2010 Opportunità Ugwali, sakemm ir-raġuni, li għaliha l-informazzjoni hija meħtieġa, mhix provduta bil-miktub.

Kultant il-provdituri tal-kera jiksbu din l-informazzjoni minn sorsi oħra. Iżda huma ma jistgħux jitolbuk din l-informazzjoni meta tkun qed tapplika għall-proprjetà.

Bidu tal-ftehim tal-kiri

Meta tiftiehem ma xi ħadd biex tikri l-proprjetà tagħhom ħalli toqgħod fiha, inti tkun qed tagħmel ftehim ta’ kera residenzjali (kultant magħruf bħala ftehim ta’ kera jew akkomodazzjoni)

Il-ftehim jista’ jkun bil-kitba jew bil-kelma, iżda l-aħjar huwa li l-ftehim ikun bil-kitba.

Il-ftehimiet tal-kiri huma kuntratti bejnek u bejn il-provditur tal-kera. Dawn jistabbilixxu:

Meta tkun ser tagħmel ftehim tal-kera bil-kitba għandek tuża ‘il-formola preskritta’. Formola preskritta hija definita mil-liġi tal-kiri ta’ Victoria. Aħna nirrikmandaw l-użu tal-formola uffiċjali tagħna.

Għal ftehimiet ta’ perjodi fissi għal ħames snin jew inqas, aħna nirrikmandaw li tintuża il-formola uffiċjali tagħna

Formola 1.

Għal ftehimiet ta’ perjodi fissi għal iktar minn 5 snin, nirrikmandaw li tintuża l-formola uffiċjali tagħna

Formola 2.

Il-kerrej jew il-provditur tal-kera jistgħu jżidu kundizzjonijiet jew regoli fil-ftehim tal-kiri sakemm ikunu konformi mal-Att tal-Kiri Residenzjali.

Per eżempju, provditur tal-kera jista’ jinkludi regola li ma jkunx permess tipjip fil-proprjetà. Jew kerrej jista’ jitlob li tkun inkluża regola li tgħid li l-apparati tal-gass isirilhom servizz kull sentejn.

Inti għandek tiffirma ftehim biss jekk tifhem u taqbel mar-regoli u l-kundizzjonijiet kollha ta’ ftehim tal-kiri, kif ukoll id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek bħala kerrej.

Jekk hemm xi ħaġa li inti ma tifhimx, inti tista’ tikkuntattjana biex tkun imfissra.

Qabel ma tidħol

Qabel ma tidħol, il-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent għandu jfornik b':

  • kopja tal-ftehim tal-kera tiegħek
  • sett ta’ ċwievet għal kull kerrej li ffirma l-ftehim
  • rapport tal-kundizzjoni (jekk jinħtieġuk li tħallas bond)
  • dettalji ta’ kuntatt f’każ li tkun tinħtieġ tiswijiet urġenti.

Għandek tikkuntattja lill-kumpaniji tal-ilma, tal-elettriku, tal-gass u tat-telefown li inti tippjana li tkun ser tuża u agħmel li dawn is-servizzi jkunu ikkonnettjati qabel ma tidħol. Hija r-responsabbiltà tiegħek li torganizza dawn is-servizzi u tħallas il-kontijiet sakemm il-ftehim tiegħek ma jgħidx xort’ oħra.

Għal aktar tagħrif, ara Twaqqif tal-utilitajiet u s-servizzi.

Tista’ ssib aktar tagħrif fil-formola tagħna tal-ftehim għall-kera residenzjali.

Standards minimi għal proprjetà tal-kiri

Il-provditur tal-kera tiegħek għandu jiżgura li l-proprejtà tinżamm skont l-istandards minimi tal-kiri. Dan jinkludi li jiżgura li:

  • fil-proprjetà ma jkunx hemm moffa, insetti jew ġrieden
  • apparati li jeżistu bħal fran u stufi (stoves) jkunu jaħdmu sewwa
  • hemm heater li huwa sigur u li jkun jaħdem
  • l-kċina u l-kamra tal-banju jkunu forniti bl-ilma sħun b’mod raġjonevoli
  • l-istruttura tal-proprjetà tkun sigura u ma tagħmilx ilma

Jekk il-proprjetà tal-kiri ma jkollhiex l-istandards minimi, inti tkun tista’ ittemm l-ftehim tal-kera qabel ma tidħol. Tista’ ukoll titlob tiswija urġenti, fi kwalunkwe ħin wara li tidħol, biex il-proprjetà tal-kera tilħaq l-istandards minimi.

Nota: dan jgħodd biss għall-ftehimiet tal-kiri ġodda iffirmati mid-29 ta’ Marzu 2021. Jekk il-ftehim tal-kera tiegħek kien iffirmat qabel din id-data, tista’ ssib aktar informazzjoni fil-Paġna tagħna dwar it-Transizzjoni għal-liġijiet ġodda tal-kera.

Għal aktar tagħrif dwar l-istandards minimi, ara Standards minimi għall-proprjetajiet tal-kera.

Ħlas ta’ bond

Il-biċċa l-kbira tal-provdituri jitolbuk biex tħallas xi bond qabel ma tidħol biex ikun hemm flus li jkopru kwalunkwe ħsara li inti tista’ tagħmel fil-proprjetà

Jekk inti ma tagħmel l-ebda ħsara, inti tieħu lura l-bond meta titlaq.

Jekk inti tagħmel il-ħsara, sid il-kera jista’ juża parti jew il-bond kollu biex iħallas ħalli jsewwi l-ħsara wara li inti titlaq. Il-flus tal-bond jinżammu mill-Awtorità tal-Bond tal-Kiri Residenzjali (RTBA bl-Ingliż), organizzazzjoni indipendenti, sakemm jintemm il-ftehim tiegħek. Il-provditur tal-kera m’għandux aċċess għal dawn il-flus sakemm ma jkollux bżonnhom wara li inti titlaq.

Jekk il-provditur tal-kera tiegħek jieħu xi bond, huwa għandu:

  • jiddepożitah mal-RTBA
  • jagħtik formola mimlija tad-depożitu tal-bond biex tiffirmaha
  • iħejji rapport tal-kundizzjoni li jirreġistra l-kundizzjoni ġenerali tal-proprjetà

Inti tirċievi riċevuta mill-RTBA li tkun turi li l-bond tiegħek kien depożitat. Agħmel ċert li żżomm ir-riċevuta tal-bond tiegħek fis-sigur. Ikkuntattja lill-RTBA jekk ma tirċevix riċevuta tal-bond fi żmien 15-il ġurnata mill-ħlas.

Rapport tal-kundizzjoni

Rapport tal-kundizzjoni jirreġistra l-istat tal-proprjetà meta inti tidħol.

Għandu jiddikjara jekk ikunx hemm problemi eżistenti fil-proprjetà bħal xi ħaġa li tkun miksura jew bil-ħsara.

Meta inti titlaq ir-rapport tal-kundizzjoni jkun użat biex jiġi iċċekkjat jekk inti tkunx għamilt ħsara fil-proprjetà (barra minn deterjorazzjoni żgħira normali li tiġri mill-użu ordinarju ta’ kuljum, li huwa magħruf bħala xedd u kedd [wear and tear] raġjonevoli).

Il-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent għandu jagħtik 2 kopji iffirmati (jew kopja elettronika) tar-rapport tal-kundizzjoni qabel ma tidħol. Meta tingħata r-rapport tal-kundizzjoni, inti għandek:

  1. Tiċċekkja jekk fil- proprjetà jkunx hemm perikli u tgħid lill-provditur tal-kera jew lill-aġent dwar xi riskji perikolużi (bħal fens tal-pixxina mkisser jew problemi elettriċi).
  2. Imla ż-żewġ kopji tar-rapport. Innota kwalunkwe ħsara eżistenti bħal xquq, marki fuq il-ħitan jew mankijiet imkissra. Inti tista' wkoll tinnota jekk ma taqbilx ma' dak li l-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent kiteb fir-rapport.
  3. Ħu ritratti li juru l-kundizzjoni tal-oġġetti, tat-tagħmir u tal-fittings.
  4. Irritorna kopja iffirmata tar-rapport tal-kundizzjoni lill-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent fi żmien 3 ijiem minn meta tidħol.
  5. Żomm il-kopja l-oħra u poġġiha x’imkien sigur. Jista’ jkollok bżonnha meta tkun se titlaq biex tkun tista’ tieħu lura l-bond

Matul il-ftehim tal-kiri

Inti għandek ċerti drittijiet u resposabbiltajiet matul iż-żmien li tkun fil-proprjetà mikrija.

  • Ħallas il-kera fil-ħin. Inti intitolat/a li tircievi riċevuta għal kull ħlas tal-kera.
  • Żomm il-proprjetà nadifa b’mod raġjonevoli. Jekk le jew jekk tagħmel xi ħsara fil-proprjetà tista’ ma tieħux lura l-bond kollu meta tkun ser titlaq.
  • Irrispetta l-paċi u l-privatezza tal-ġirien tiegħek u agħmel żgur li l-viżitaturi tiegħek jagħmlu l-istess.
  • Avża lill-provditur tal-kera tiegħek jew lill-aġent dwar xi tiswijiet li jkunu jinħtieġu li jsiru.
  • Tista’ tagħmel tibdiliet żgħar fil-proprjetà bħal twaħħal grampuni għall-kwadri. Inti mgħandekx tirranġa, tibdel jew iżżejjen mill-ġdid il-proprjetà mingħajr il-kunsens tal-provditur tal-kera.

Il-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent għandhom id-dritt li jidħlu fil-proprjetà iżda jridu javżawk talanqas 24 siegħa qabel bil-kitba u jgħidulek għalfejn jinħtieġu jidħlu.

Hemm lista ta’ raġunijiet validi li għalihom il-provditur tal-kera jew l-aġent jistgħu jidħlu fil-proprjetà. Huma jistgħu jidħlu wkoll fil-proprjetà f’data u ħin miftehma. Il-provdituri tal-kera jew l-aġenti jistgħu jagħmlu spezzjonijiet tal-proprjetà darba kull 6 xhur biss u ma jistgħux jagħmlu l-ewwel spezzjoni matul l-ewwel 3 xhur li tkun toqgħod hemm.

Modifikazzjonijiet

Inti għandek id-dritt li tagħmel xi modifikazzjonijiet fil-proprjetà tal-kera tiegħek mingħajr mgħandek bżonn l-ewwel il-kunsens tal-provditur tal-kera tiegħek. Dan jinkludi:

  • Twaħħal grampuni jew viti biex iddendel mal-ħitan, xkafef jew saljaturi (brackets) fuq uċuh barra minn ħitan tal-briks jew konkrit mikxufin.
  • Installazzjoni ta’ shower heads li ma jaħlux ilma, imbasta tinżamm ix-shower head oriġinali,
  • Installazzjoni tal-appoġġ għall-ħbula u l-blinds.

Hemm ukoll modifikazzjonijiet oħra, aktar sostanzjali, li madankollu jinħtiegu l-kunsens tal-provdituri tal-kera, huma mgħandhomx jirrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħħom irraġjonevolment. Lista sħiħa ta’ dawn il-modifikazzjonijiet tista' tinstab hawnhekk.

Jekk tkun għamilt xi modifikazzjonijiet trid treġġa’ lura l-proprjetà għall-kundizzjoni li kienet fiha qabel il-ftehim tal-kera tiegħek, sakemm ma tiftihemx mod ieħor mal-provditur tal-kera tiegħek.

Għal aktar tagħrif dwar il-modifikazzjonijiet, inkluż meta l-provditur tal-kera għandu d-dritt li jiċħad il-kensens, ara Il-kerrejja jagħmlu tibdil fi proprjetà.

Tara li jsiru t-tiswijiet

Inti għandek id-dritt li tara li t-tiswijiet isiru fil-proprjetà meta xi affarijiet jinkisru jew issirilhom ħsara. Jekk inti ma tkunx għamilt il-ħsara (per eżempju, jekk il-heater tiegħek ma jibqax jaħdem) inti ma jkollokx tħallas. Jekk tkun għamilt il-ħsara inti jista’ jkollok tħallas għat-tiswijiet.

Il-provditur tal-kera tiegħek mgħandux permess itemm il-ftehim tal-kera tiegħek għax tkun tlabt xi tiswijiet.

It-tiswijiet jistgħu jkunu urġenti jew mhux urġenti. It-tiswijiet urġenti huma dawk li jinħtieġu li jsiru biex ikun żgurat li l-proprjetà tkun bla periklu biex toqgħod fiha. Dawn jinkludu affarijiet bħal ħruġ tal-gass, is-sistema tal-ilma sħun ma taħdimx jew ħsara fil-fens tal-pixxina.

Għal aktar tagħrif, ara Tiswijiet fi proprjetajiet tal-kera.

Jekk tinħtieġ tiswija urġenti

  • Għid lill-provditur tal-kera tiegħek jew lill-aġent bil-kitba u huma għandhom jaraw li tissewwa immedjatament. Hija idea tajba li tagħmel it-talba tiegħek bil-miktub, anki jekk tkun ikkuntattjajthom jew l-aġent għall-ewwel bit-telefown.
  • Jekk ma jarawx li ssir it-tiswija malajr, tista’ tħallas sa $2500 biex tara li ssir it-tiswija inti stess.
  • Qis li żżomm ir-riċevuti kollha għal dan ix-xogħol, u kopji tat-talbiet tiegħek bil-miktub għal dawn it-tiswijiet.
  • Itlob lill-provditur tal-kera jew lill-aġent biex iħalsuk lura għall-ispejjeż tat-tiswijiet billi tuża din il-formola. Huma għandhom iħalsuk lura fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievu l-formola
  • Jekk ma tkunx tista’ tħallas għat-tiswijiet urġenti, l-ispiża tat-tiswijiet hija iktar minn $2500 jew il-provditur tal-kera ma jkunx irid iħallas, ċempel lilna għal parir.

Jekk ma tkunx ċert/a li t-tiswijiet urġenti jkunu meħtieġa, aqra l-lista sħiha tat-tiswijiet urġenti.

Tiswija ma tkunx urġenti jekk inti tkun tista’ tibqa’ toqgħod fil-proprjetà mingħajr periklu. Tiswijiet mhux urġenti jinkludu affarijiet bħal armarju jew magna tal-ħasil tal-platti mkissrin. Il-provditur tal-kera tiegħek xorta għandu jirranġa dak li mhux urġenti fi żmien 14-il ġurnata.

Jekk tinħtieġ tiswija mhux urġenti:

  • Itlob lill-provditur tal-kera tiegħek jew lill-aġent bil-miktub biex jagħmel it-tiswija. Tista’ tibgħat email, jew ittra inkella uża din il-formola
  • Żomm kopja tal-ittri, tal-emails, tal-messaġġi bil-kliem biss (text messages), tal-formoli u tar-rapporti, biex jekk ikun hemm xi problema jew tilwima, ikollok prova tal-azzjonijiet u t-talbiet kollha tiegħek.
  • Ċempel lilna jekk il-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent ma jkunux għamlu t-tiswijiet fi żmien 14-il ġurnata minn meta rċevew it-talba jew applika lill-VCAT biex tagħmel talba għat-tiswija.

Tiġdid ta' ftehim

Meta l-ftehim tal-kera tiegħek jintemm, mhux dejjem ikollok toħroġ. Jekk tkun trid tibqa’ fil-proprjetà, inti għandek tikkuntattja lill-provditur tal-kera tiegħek jew lill-aġent biex tara jekk tkunx tista’ tiffirma ftehim ġdid jew tidħol għal ftehim ta’ minn xahar għal xahar. Aqra iktar dwar Tiġdid ta' ftehim tal-kera (kirja).

Tmiem ta' ftehim

Ftehim tal-kera jista’ jintemm għal diversi raġunijiet. Xi ftit raġunijiet komuni huma:

  • il-kerrej iddeċida li jitlaq
  • il-ftehim wasal fl-aħħar tiegħu
  • il-provditur tal-kera jrid jidħol hu, ibigħ il-proprjetà jew jagħmel tiswijiet kbar

il-kerrej/kerrejja ma baqax/baqghetx iħallas/thallas il-kera, qed ipoġġi/tpoġġi fil-periklu lill-oħrajn, għamel/għamlet ħsara kbira fil-proprjetà jew qed jikser / tikser ir-regoli tal-ftehim.

Għal aktar tagħrif dwar ir-raġunijiet li għalihom jistgħu jintemmu l-ftehimiet, ara Il-kerrejja jagħtu l-avviż jew Avviż immedjat minħabba vjolenza, imġieba perikoluża u ħsara serja.

Jekk tkun trid ittemm il-ftehim tiegħek

Meta tkun trid titlaq minn proprjetà mikrija, inti għandek tagħti lill-provditur tal-kera tiegħek l-avviż bi żmien korrett u tħalli l-proprjetà f'kundizzjoni nadifa.

  • Iċċekkja magħna biex tkun taf b’kemm żmien trid tagħti l-avviż. Dan ivarja skont is-sitwazzjoni tiegħek.
  • Għid bil-miktub lill-provditur tal-kera tiegħek jew lill-aġent meta jkun beħsiebek titlaq, jew b’email inkella b’ittra.
  • Ħallas il-kera u l-kontijiet li jkunu għadhom pendenti.
  • Ikkuntattja l-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent dwar li tieħu lura l-bond tiegħek
  • Naddaf il-proprjetà u ħu kull ma hu tiegħek, miegħek.
  • Żomm ir-rapport tal-kundizzjoni f’każ li jkun hemm xi problemi biex tieħu lura il-bond tiegħek.
  • Ħalli bħala kuntatt mal-provditur tal-kera tiegħek jew l-aġent, indirizz jew numru telefoniku.

Tieħu lura l-bond

Il-provdituri tal-kera jagħmlu l-ispezzjoni finali u jużaw ir- rapport tal-kundizzjoni biex iqabblu xi tibdiliet fil-proprjetà. Huma jgħidulek jekk jaħsbu li jkun hemm raġuni tajba għalihom biex jikklejmjaw xi ftit mill-bond.

Tiffirmax il-formola tal-klejm mill-bond jekk ma tkunx taqbel ma’ kemm il-provditur tal-kera jkun qed jikklejmja. Ikkuntattjana għal parir mingħajr ħlas.

Qatt tiffirma formola vojta tal-klejm mill-bond.

Tmiem kmieni ta' ftehim (ksur tal-kirja)

Jekk tkun trid titlaq minn kirja ta’ proprjetà qabel tmiemha, jista’ jkollok tħallas xi spejjeż biex il-provditur tal-kera ma jitlifx flus

Għandu mnejn ikollok tibqa’ tħallas il-kera wara li titlaq jekk il-provditur tal-kera ma jsibx lil xi ħadd li jidħol mill-ewwel.

Madankollu, l-ispjjeż li jkollok tħallas iridu jkunu raġjonevoli u l-provdituri tal-kera għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex isibu kerrejja ġodda. Spejjeż raġjonevoli jfissru spejjeż li ħafna min-nies jkunu jaħsbu li huma ġusti. Il-liġi ma tiddefinixxix eżattament x’inhuma spjjeż raġjonevoli, għalhekk jekk in-nies ma jkunux jistgħu jiftehmu dwar xi jkun raġjonevoli, huma jistgħu japplikaw lill-VCAT biex tiddeċidi għalihom.

Aqra iktar dwar meta jintemm ftehim minn kmieni.

Trasferiment tal-ftehim tal-kera

Minflok ittemm ftehim tal-kera minn kmieni u jkollok tħallas xi spejjeż, tista’ tkun kapaċi tittrasferixxi ftehim lil xi oħrajn.

Jekk tagħmel dan, xorta waħda jista’ jkollok tħallas it-tariffi tat-trasferiment, madankollu, dawn għandhom ikunu tariffi raġjonevoli għall-ammont ta’ xogħol li jkun meħtieġ. Aqra iktar dwar Trasferiment ta' ftehim tal-kera.

Meta tkun mitlub titlaq 'l barra (tirċievi avviż biex toħroġ)

Il-provdituri tal-kera jistgħu jitolbuk tħalli l-proprjetà, iżda biss għal raġuni tajba. Per eżempju:

  • il-ftehim tal-kera ntemm
  • il-proprjetà mgħadhiex tajba biex joqgħodu fiha n-nies
  • għandek tagħti talanqas kera ta’ 14-il jum.

Il-provdituri tal-kera ma jistgħux jagħtu avviż lill-kerrejja biex jitilqu għax ikunu għamlu xi ħaġa jew kienu qalu li se jagħmlu xi ħaġa li huma legalment intitolati li jagħmlu bħala kerrejja.

Per eżempju, provditur tal-kera ma jistax jagħti avviż lil kerrej/kerrejja biex jitlaq/titlaq għax:

  • talbu xi tiswijiet
  • talbu biex ikollhom pet
  • sfidaw żjieda fil-kera

Madankollu, hemm raġunijiet oħra li għalihom il-provditur tal-kera jista’ jkun jixtieq li jtemm il-ftehim tal-kera. Għar-raġunijiet kollha li għalihom provditur tal-kera jista’ jgħidlek biex titlaq u kemm żmien qabel għandhom jagħtuk l-avviż, ara Avviż biex jitbattlu proprjetajiet mikrija.

Meta tisfida avviż biex titlaq

Jekk inti taħseb li ma nagħtajtx avviż biex titlaq korrettament jew jekk taħseb li r-raġuni li ġab il-provditur tal-kera tiegħek hija inġusta u mhijiex vera, tista’ tisfida l-avviż. Ikkuntattjana għal aktar tagħrif.

Żgumbramenti (tirċievi ordni ta' pussess)

Jekk tkun qed tiġi żgumbrat/a u tinħtieg l-għajnuna, ikkuntattjana għal parir mingħajr ħlas.

Ħwejjeġ importanti biex tiftakar

  • Tiffirma xejn sakemm tkun fhimt xi jfisser.
  • Qatt tiffirma formola vojta, ukoll jekk tkun qisa ufficjali.
  • Żomm kopja ta’ kull ħaġa li tiffirma.
  • Żomm kopja tal-komunikazzjonijiet kollha li jkollok mal-provditur jew agent tal-kera tiegħek.
  • Itlob riċevuta kull darba li jkollok tħallas għal xi ħaġa.
  • Żomm f’post sigur ir-riċevuta tal-bond tiegħek u kull riċevuti oħra tal-kera jew tiswijiet.

Ikkuntattjana għal parir mingħajr ħlas jekk ikollok xi problema jew mistoqsija dwar il-kiri.

Ċempel 13 14 50 biex titkellem b’interpretu ma’ Consumer Affairs Victoria (Affarijiet tal-Konsumatur Victoria)