Id-drittijiet tiegħek dwar ix-xiri

Skip listen and sharing tools

Karta tal-fatti dwar id-drittijiet tiegħek skont il-Liġi Awstraljana dwar il-Konsumatur

Meta nista' nieħu l-flus lura?

Jekk hemm problema rigward l-oġġetti li xtrajt, il-ħanut jista' jagħtik oġġett ieħor, flus lura, isewwi l-oġġett jew xi tip ieħor ta' rimedju. It-tip ta' rimedju disponibbli jiddependi mill-problema.

X'problemi għandu jirranġa tal-ħanut?

Bil-ħsara.

Int intitolat li tieħu lura oġġett bil-ħsara, għax l-affarijiet u s-servizzi għandhom ikunu ta' kwalità aċċettabbli.

Oġġett hu bil-ħsara jekk:

  • ma jaħdimx kif normalment suppost jaħdem- per eżempju it-towster tiegħi ma jixwix il-ħobż
  • għandu difett - il-buttuna tonda tat-timer tat-towster tiegħi waqgħet ftit wara li xtrajtu
  • mhix accettabbli fid-dehra jew fil-finitura - it-towster tiegħi għandha xi briex
  • perikuluża - joħorġu x-xrar mit-towster tiegħi
  • ma jservix - it-towster tiegħi ma baqgħetx taħdem tlett xhur biss wara li xtrajtu

Int m'intix intitulat tieħu lura oġġett meta:

  • tal-ħanut qallek (jew wera sinjal) dwar id-difetti moħbija qabel ma xtrajtu
  • int eżaminajt l-oġġett qabel ma xtrajtu u ma sibt l-ebda difetti li int suppost innotajt
  • int użajt l-oġġett b'mod 'annormali' jew
  • int domt ħafna tuża l-oġġett.

Jien sibt li hu bil-ħsara wara li użajtu.

Int tista' tieħu lura l-oġġett bil-ħsara anki jekk int:

  • ilbistu jew użajtu
  • neħħejt it-tags jew it-tikketti, jew
  • neħħejtu mill-pakkett oriġinali tiegħu.

Xtrajt qmies u ilbistha aktar minn darba, imma l-kulur reħa l-ewwel darba li ħsiltha, allavolja imxejt mal-istruzzjonijiet fuq it-tikketta.

Ma taqbilx mal-kampjun jew mal-mudell tal-wiri.

Meta tixtri oġġett skont kampjun jew mudell, irid jaqbel mal-kampjun. Jekk l-oġġett hu tant differenti li ma kontx tixtrih, int intitulat għal flus lura.

Jien ordnajt sufan skont il-kampjun tad-drapp, imma meta wasal, kien ta' kulur differenti mil-kampjun.

Ma jaqbilx mad-deskrizzjoni.

L-oġġett ma jaqbilx mad-deskrizzjoni ( per eżempju, fuq it-tikketta jew fir-riklam tat-televixin). Jekk hu tant differenti mid-deskrizzjoni, li ma kontx tixtrih, int intitulat għal flus lura.

Xtrajt portafol deskritt bħala 'tal-ġilda' fil-katalogu tal-ħanut. Meta wasalt id-dar, sibt li kien tal-vinyl.

Ma jaħdimx kif qalli tal-ħanut.

Int tista' tieħu lura l-oġġett jekk ma jaħdimx bħalma qallek tal-ħanut.

Xtrajt arloġġ, li tal-ħanut qal li nista' nużah waqt li nkun qed nogħdos - imma meta lbistu fil-baħar, imtela' bl-ilma.

Ma jaħdimx kif kont tistenna.

Int tista' tieħu lura l-oġġett jekk la jaħdem kif suppost u l-anqas jilħaq ċertu għan speċifiku jekk:

  • qabel ma xtrajtu, int għidt lil tal-ħanut x'ridtu jagħmel, u
  • int straħt fuq il-parir ta' dak tal-ħanut, meta għażilt l-oġġett.

Għidt lin-negozjant tal-karozzi li ridt karozza li kapaċi tirmonka d-dgħajsa tiegħi. In-negozjant bgħeli waħda, qal li kapaċi tagħmel dan. Dik il-lejla qrajt il-manwal tas-sigurtà u sibt li l-karozza l-ġdida ma tistax tirmonka kwalunkwe dgħajsa mingħajr periklu.

Reġa' bdieli.

Ħanut mhux obbligat iħallik tieħu lura kwalunkwe oġġett għas-sempliċi raġuni li reġa’ bdielek. Imma, xi ħwienet, għandhom il-politika tagħhom tal-ħanut biex jagħtuk ħlas lura, jibdlu jew jagħtuk nota tal-kreditu għal xiri 'meta jerġa' jibdilek'.

M'għandix irċevuta.

Int irid ikollok provi li l-oġġett inxtara mingħand dak il-ħanut. Jekk m'għandekx irċevuta tar-reġistru tal-cash, int tista' turi, per eżempju:

  • stejtment tal-kard tal-kreditu
  • ftehim tal-lay-by
  • konfirma jew numru tal-irċevuta minn xirja permezz tat-telefon jew tal-internet.

Qlajtu rigal

Dawk li jaqilgħu r-rigali għandhom l-istess drittijiet ta' ħlas lura bħal konsumaturi li jixtru direttament - imma int tista' tieħu biss l-oġġett lura jekk għandek provi tax-xirja. Ara hawn fuq.

Xtrajtu bis-sale.

Int għandek l-istess drittijiet ta' ħlas lura fuq affarijiet li xtrajt bis-sale bħal meta tixtri bil-prezz mhux imnaqqas. Din hi r-raġuni għala hu kontra l-liġi li turi sinjal li jgħid 'ma titħallasx flus lura meta l-affarijiet ikunu bis-sale.'

Imma int ma tistax tikklejmja flus lura għall-problemi li tal-ħanut kien qallek dwarhom, jew għal dawk li int messek innutajt meta kont qed teżamina l-oġġett - per eżempju, tikketta mehmuża mal-qmies li tgħid 'prezz imnaqqas - għax hemm punti tal-ħjata li għandhom difett'.

Eżempji ta' affarijiet bis-'sale' jinkludu oġġetti:

  • skontati
  • fuq ir-rack tal-'kampjun u sekonds'
  • mixtri direttament mill-fabbrika.

Xtrajtu secondhand.

Minn ħanut: Int għandek l-istess drittijiet ta' ħlas lura fuq oġġetti mixtrija second-hand bħal meta tixtri affarijiet ġodda, imma int trid tagħti każ ta’ kemm għandu żmien l-oġġett, il-prezz u l-kondizzjoni meta xtrajt l-oġġett.

Mingħand bejjiegħ privat: Il-bejjiegħ m'għandu l-ebda obbligu li jagħti flus lura, jibdel jew isewwi l-oġġett li xtrajt mingħandu (pereżempju, f'bejgħ f'garaxx jew permezz ta' riklam ikklassifikat).

Xtrajtu minn fuq l-internet

Jekk xtrajt mingħand negozju Awstraljan ta' fuq l-internet, int għandek l-istess drittijiet ta' ħlas lura bħal meta xtrajtu minn ħanut - għajr meta xtrajt l-oġġett minn bejjiegħ privat.

Ara hawn fuq.

Jien intitolat għal rimedju. Nitħallas flus lura, l-oġġett jissewwa jew ningħata oġġett ieħor minfloku?

Jiddependi, jekk il-problema hijiex:

Kbira - ma tistax tissewwa, jew tieħu wisq żmien jew hi diffiċli ħafna biex tissewwa.

Int tista' tagħżel li:

  • tieħu lura l-oġġett u tagħżel li tingħata l-flus lura jew oġġett ieħor minfloku, jew
  • iżżomm l-oġġett u tingħata kumpens għat-telf fil-valur.

Minuri - jista' jissewwa fi żmien raġjonevoli.

Int trid tagħti ċans lil tal-ħanut isewwi l-problema. Huma jagħżlu jekk jagħtukx ħlas lura, isewwuh jew jibdluh. Jekk tal-ħanut jagħżel li jsewwi l-oġġett, hi r-responsabilità tagħhom jirritornawh ( u jieħdu ħsiebu) lill-manifattur.

Jekk tal-ħanut jieħu wisq żmien jew jirrifjuta jsewwi l-problema, int tista':

  • tieħu l-oġġett lura u titlob li tingħata l-flus lura jew oġġett ieħor minfloku, jew
  • tqabbad il-ħaddieħor isewwi l-oġġett u titlob lil tal-ħanut iħallas l-ispejjeż raġjonevoli.