Bejgħ bieb bieb

Skip listen and sharing tools

Id-drittijiet tiegħek fl-Awstralja

X'inhu l-bejgħ bieb bieb?

Il-bejgħ bieb bieb jista' jinkludi persuni: 

  • li qed jippruvaw jbigħulek affarijiet tad-dar
  • joffru li jagħmlu tiswijiet fid-dar tiegħek
  • jistaqsuk jekk tridx tibdel il-kumpaniji tal-gass, tad-dawl, tat-telefown jew tal-internet.

Meta persuna li qed tbiegħ tista' tiġi tħabbatli l-bieb? 

Persuna li qed tbiegħ tista' tiġi tħabbatlek il-bieb bejn: 

  • id-9am u s-6pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa 
  • id-9am u l-5pm is-Sibt.

Ma jistgħux jiġu l-Ħdud jew fi btali pubbliċi. 

Imma, provveditur jew aġent jista' jżurek f'kwalunkwe ħin bi ftehim miegħek. 

X'regoli jrid josserva l-bejjiegħ bieb bieb? 

Meta jiġu jħabbtulek, il-bejjiegħ irid: 

  • jgħidlek għala ġie jarak 
  • jagħtik ismu u l-kumpanija li qed jaħdem magħha
  • jgħidulek li huma jridu jitilqu jekk tgħidilhom jitilqu (jekk titlob lill- bejjiegħa jitilqu, ma jistgħux jerġgħu jikkkuntattajawk għal tal-anqas 30 ġurnata)
  • jinfurmawk dwar id-drittijiet tiegħek biex tħassar il-ftehim (dan irid jinkludi kif tista' tħassar il-ftehim.)
  • jinkludu d-dettalji kollha tal-kuntatt dwar kull ftehim li huma ffirmaw għan-nom tal-provveditur 
  • jagħtuk kopja bil-miktub ta’ kwalunkwe ftehim qabel ma ġie ffirmat
  • ma jitolbukx għal xi ħlas fi żmien għaxart ijiem minn meta tiffirma l-ftehim
  • ma jagħtukx prodotti li jiswew aktar minn $500 fi żmien għaxart ijiem tan-negozju minn meta ffirmajt il-ftehim
  • ma jagħtukx servizzi fi żmien għaxart ijiem tan-negozju minn meta ffirmajt il-ftehim.

Miniex interessat f'dak li qed joffrili l-bejjiegħ... x'nista' nagħmel? 

  • Għid 'le grazzi'. 
  • M'għandekx tħossok sfurzat tixtri xi ħaġa minn min jiġi jħabbatlek. 

Dejjem għid 'le' jekk il-bejjiegħ: 

  • joffru xi biċċa negozju li tant tidher tajba li ma titwemminx 
  • jitolbuk tħallas qabel ma jagħtuk l-affarijiet jew is-servizzi
  • qed jimxu miegħek b'mod li jagħmluk nervuż jew skomdu. 

Persuna li qed jagħmluha ta' impjegati tal-gvern

  • Xi ħadd iħabbatlek u jgħid li hu minn dipartiment tal-gvern - bħal ngħidu aħna l-Uffiċċju Awstraljan tat-Taxxa jew Centrelink. 
  • Huma jitolbuk tagħtihom id-dettalji tal-bank tiegħek jew informazzjoni personali dwarek, per eżempju, biex tħallas il-formola tiegħek tat-taxxa jew iżżied il-pagamenti tiegħek ta' Centrelink. 
  • Huma jistgħu jużaw dawn id-dettalji biex jisirqu flusek jew l-identità tiegħek. 

Ftakar: Oqgħod attent jekk xi ħadd jiġi jħabbatlek il-bieb u jgħid li hu impjegat tal-gvern. Dejjem itlobhom l-identifikazzjoni tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-każi d-dipartimenti tal-gvern mhux ser jikkuntattjawk b'dan il-mod.

Jien interessat fl-offerta tal-bejjiegħ... x'għandi nagħmel?

Jekk tgħid iva u tixtri xi ħaġa mingħand il-bejjiegħ, int ser tiġi mitlub tiffirma ftehim. Il-ftehim irid ikun: 

  • bil-miktub b'lingwa ċara u mhux ikkumplikata
  • jinkludi l-kondizzjonijiet kollha 
  • jinkludi l-prezz totali, jew kif ġie maħdum 
  • jinkludi kwalunkwe ħlasijiet tal-posta u tat-twassil
  • fih l-isem tal-bejjiegħ u d-dettalji tal-kuntatt 
  • jinkludi d-dettalji tal-provveditur inkluż l-indirizz u dettalji tal-kuntatt
  • ikun iffirmat minnek u mill-bejjiegħ
  • ikun miktub u stampat b'mod ċar (għalkemm kwalunkwe tibdiliet jistgħu jsiru bil-pinna u ffirmati)
  • fih tagħrif dwar id-drittijiet tiegħek li tħassar il-ftehim
  • ikun mifhum faċilment
  • jinkludi formola miegħu li tispjega d-drittijiet jekk jerġa' jibdilek. 

Ftakar: Jekk ma titkellimx bl-Ingliz, MHUX sewwa li l-bejjiegħ juża t-tifel/tifla tiegħek bħala interpretu biex int tiffirma l-ftehim. Qabel ma tiffirma int għandek titlob kopja tal-ftehim fil-lingwa tiegħek.

Jien iffirmajt ftehim u reġa' bdieli .... x'nista' nagħmel?

Jekk int taqbel li tixtri l-affarijiet jew is-servizzi li jiswew aktar minn $100 minn bejjiegħ bieb bieb, int għandek għaxart ijiem tan-negozju li fihom jista' jerġa jibdilek dwar il-ftehim. Dan hu magħruf bħala perjodu 'meta jista' jerġa’ jibdilek' ('cooling-off period). Jekk, matul dan iż-żmien, int tiddeċiedi li l-ftehim ma jgħoddx għalik, int tista' tħassar ix-xirja mingħajr l-ebda spiża. 

Qabel ma tiftiehem, il-bejjiegħ irid javżak li int għandek dan id-dritt. Jekk jerġa' jibdilek matul il-'cooling-off period' il-bejjiegħ jew il-provveditur ma jistax: 

  • jitolbuk 'tħassar' il-'cooling-off period' tiegħek
  • jisfurzak biex tgħid iva għall-ftehim
  • jiċċarġjak ħlas għax ħassart. 

Int tista' tħassar il-ftehim bil-fomm jew bil-miktub. 

Xi ħadd iħabbatlek fuq il-bieb u jistaqsik jekk tridx tibdel il-kumpanija tiegħek tal-gass jew tad-dawl

  • Jgħidulek li l-kumpanija tagħhom ser tagħmillek offerta tajba u int ser tiffranka ħafna flus. 
  • Il-bejjiegħ jgħaġġlek biex tiffirma il-ftehim minnufih. 
  • Int tħossok sfurzat u tiffirma. 
  • L-għada, int tiddeċiedi li ma tridx din l-offerta. 

Ftakar: 

  • m’għandekx tħossok sfurzat biex tiffirma. Int tista' titlob lill-bejjiegħ iħallilek tagħrif biex tkun tista' taqrah.
  • jekk tiffirma u jerġa' jibdilek, int għandek id-drittijiet tal-'cooling-off'.
  • ikkuntattja lill-kumpanija li qed tbiegħ fi żmien għaxart ijiem u għidilhom li reġa' bdilek.
  • il-kumpanija li qed tbiegħ ma tista' tiċċarġjak xejn jekk jerġa' jibdilek.

Għal dettalji dwar bejgħ bieb bieb li jistgħu ma jkunux ġenwini mur f'www.scamwatch.gov.au