Kuntratti ta' telefonijiet mowbajl - pariri għall-konsumaturi Skip listen and sharing tools Qabel tixtri telefon mowbajl Ifhem dawn it-termini: provveditur tas-servizz (service provider): il-kumpanija li tikkonnettja t-telefon mowbajl tiegħek ma' network biex inti tkun tista' tagħmel telefonati u tibgħat emails premium SMS: messaġġi bil-kitba wżati għal servizzi bħal biex tivvota fuq programmi ta' realtà fuq it-televixin, kompetizzjonijiet u sħubija ta' kontenut. Jekk tagħżel li tibgħat jew twieġeb għal premium SMS, tista' tispiċċa tiffirma għal servizz b'rata għolja ħafna ta' telefonati. Jista' jkun diffiċċli li tikkanċella mingħajr ma jiswielek aktar telefonati internazzjonali (international roaming): meta tuża it-telefon mowbajl tiegħek biex tagħmel jew biex tirċievi telefonati barra l-Awstralja. Dan jista' jiswa ħafna. Kun żgur/a li taqra t-termini u l-kundizzjonijiet biex tkun taf kemm se tispiċċa tħallas għal dan is-servizz 32GB/16GB: dawn il-figuri ġeneralment jidhru fid-deskrizzjoni tal-pjan u jirreferu għall-kapaċità ta' kemm ikun jiflaħ jesa' t-telefon mowbajl tiegħek, mhux kemm tkun permess/a tniżżel data. Iddeċiedi: kemm telefonati u messaġġi bil-kitba x'aktarx li tagħmel kemm ikollok bżonn data. Per eżempju, jekk tiċċekkja l-emails jew tfittex fuq l-internet ta' spiss, jista' jkollok bżonn ta' pjan b'użu akbar biex tkun tista' tniżżel data kull xahar -ġeneralment 1GB jew 2GB kull xahar. Iċċekkja l-websajt tal-provveditur tas-servizz għal aktar informazzjoni dwar l-użu tad-data it-tul ta' kemm tkun trid tibqa' f'kuntratt. Kuntratti jistgħu jvarjaw minn 12 sa 36 xahar. Jekk ma tkunx komdu/komda li tiffirma kuntratt ipprova l-ewwel servizz ta' ħlas bil-quddiem. Meta l-kard tas-servizz tispiċċa, tista' tagħżel li tibqa' ma' dak in-network jew li tagħżel ieħor. Kun żgur/a: li tfittex u tqabbel il-prezzijiet, kundizzjonijiet u pjanijiet ta' provvedituri ta' networks differenti li tikseb l-informazzjoni bil-miktub dwar is-servizzi u ċ-ċarġis li tifhem l-ispejjeż inklużi jekk tibdel jew tikser kuntratt, jew jekk it-telefon tiegħek jinkiser, jintilef jew jinsteraq li taqra l-karti tal-garanzija biex tkun taf x'ikopri u x'ma jkoprix il-kuntratt li tkun taf kif se tkun iċċarġjat/a jekk tuża t-telefon barra l-Awstralja. Fittex: telefon mowbajl li jkun faċli li tuża pjan li tkun tista' taffordja provveditur ta' servizz li jkollu network tajjeb li jkun jista' jilħaq l-inħawi fejn toqgħod. Ftakar: li ħafna drabi jkollok tħallas aktar biex tikkanċella kuntratt qabel jispiċċa li xi servizzi jkollhom ċarġis ekstra - voicemail, call-forwarding, premium SMS, tiftix fuq l-internet, xiri ta' apps u telefonati barra l-Awstralja li tiċċekkja l-websajt tal-provveditur tas-servizz jew li żżur il-ħanut tagħhom biex tara jekk jilħqux l-inħawi li fihom tuża t-telefon mowbajl tiegħek li jista' jkun hemm spejjeż ekstra jekk tuża l-limitu tat-telefonati jew data permessa tiegħek. Garanziji fuq telefonijiet mowbajl Żomm l-irċevuti u l-kuntratti bħala prova tax-xiri tat-telefon tiegħek. Min ibiegħlek it-telefon u provvedituri tas-servizz m'humiex obbligati li joffrulek self jew bidla fit-telefon waqt li jkun qed jitranġa fiż- żmien tal-garanzija. Madankollu, xi wħud jagħmlu dan. Jiddependi skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tiegħek, jista' jkollok tkompli tħallas il-kont tiegħek kull xahar waqt li t-telefon ikun qed jitranġa. Għal aktar informazzjoni dwar garanziji, ara l-Warranties section (Taqsima tal-garanziji) tagħna. Għandek ukoll id-drittijiet skont il-Liġi tal-Konsumatur Awstraljan. Jekk it-telefon mowbajl tiegħek jieqaf jaħdem, tista' titlob għal ħlas lura jew biex jinbidel. Għal aktar informazzjoni, ara r-Refunds, repairs and returns section (Paġna għal Ħlas Lura, Tiswija u bidla tat-Telefon) tagħna. Qabel tiffirma kuntratt għal telefon mowbajl Dejjem aqra l-kuntratt - toqgħodx biss fuq dak li tgħidlek il-persuna li tkun qed tbiegħlek it-telefon. Kuntratt għal telefon mowbajl jorbtok bil-liġi. Ġeneralment ikun diffiċċli u jiswa' l-flus biex tikkanċellah. Oqgħod attent/a minn spejjeż u termini mhux ġusti li jkunu moħbija fil-kuntratt. Għal aktar informazzjoni ara l-Mobile phone providers - unfair contract terms page (Paġna tal-provvedituri tat-telefonijiet mowbajl - termini ta' kuntratt mhux ġust) tagħna. Qatt tiffirma kuntratt li ma tifhimx - itlob lil xi ħadd li jifhem il-kuntratt biex jispjegahulek. Iċċekkja kemm se jkun il-kont kull xahar, flimkien ma' kull ċarġis addizzjonali. Kun żgur/a li tkun tista' tħallas dawn il-kontijiet skont it-tul tal-kuntratt. Jekk tixtri handset u konnessjoni, tista' tkun dieħel/dieħla f'żewġ kuntratti differenti - wieħed ma' min ibiegħlek il-handset, u l-ieħor mal-provveditur tas-servizz għal konnessjoni man-network. Dan ifisser li tal-ħanut ikun jista' jgħinek jekk ikollok xi ħsara fit-telefon, imma mhux b'xi problemi ta' konnessjoni man-network. Aħsibha sewwa qabel 'tagħmel garanzija' ('going guarantor' ) fuq kuntratt għal xi ħadd taħt 18 il-sena - ikollok tħallas il-kontijiet tagħhom jekk ma jkunux jistgħu jħallsu huma. Kun af aktar dwar id-drittijiet tiegħek u kif teżerċitahom fuq il-Contracts page (Paġna ta' Kuntratti) tagħna. Wara li tiffirma kuntratt għal telefon mowbajl Żomm kopja tal-kuntratt f'post salv, biex tkun tista' tirreferi għalih aktar tard jekk ikollok bżonn. Għarraf lill-provveditur tas-servizz jekk is-sitwazzjoni tiegħek tinbidel - per eżempju, jekk it-telefon mowbajl tiegħek jintilef jew jinsteraq, jew jekk ma tkunx tista' tħallas il-kontijiet. Immaniġġja l-kontijiet tat-telefon mowbajl tiegħek Iċċekkja l-użu tad-data tiegħek ta' spiss - dan jista' jgħinek tevita kontijiet kbar. Kun af kemm għandu jkun il-kont tiegħek u staqsi lill-provveditur tas-servizz tiegħek dwar ċarġis mhux tas-soltu. Jekk ikollok bżonn għajnuna biex tagħmel baġit jew biex tikkalkula kemm ikollok tħallas ikkuntattja National Debt Helpline. Ħallas il-kontijiet tiegħek fil-ħin. Jekk ma tagħmilx hekk, tista' tkun iċċarrġat/a ħlasijiet addizzjonali talli tkun ħallast tard. Meta l-affarijiet imorru ħażin Ikkuntattja l-ħanut minn fejn tkun xtrajt it-telefon mowbajl tiegħek jew lill-provveditur tas-servizz tiegħek. Għal pariri, ara r-Resolve a dispute page (Paġna ta' tagħrif dwar kif tirrisolvi kwistjoni) tagħna. Jekk ikollok problema bil-kont tiegħek jew biex tikkonnettja ma' network li ma tkunx tista' ssolvi mal-provveditur tas-servizz tiegħek, ikkuntattja lit-Telecommunications Industry Ombudsman. Related information Mobile phone providers - unfair contract terms Helping students be mobile savvy - Australian Competition and Consumer Commission (ACCC) website Back To Top